Saturday, December 14, 2024

“Ir-rabta li għandi mal-baħar issaħħet iktar minn qatt qabel”

Jiftaħ qalbu l-atleta Neil Agius, wara li lbieraħ kellu jabbanduna l-isfida li jikser ir-rekord dinji fuq distanza ta’ 100 mil f’għawma minn Mallocra lejn Ibiża

Aqra wkoll

“Għalkemm għadni qed nipprova nipproċessa dak li għaddejt minnu fl-aħħar sigħat, ninsab ċert fuq ħaġa waħda: dik li dan il-vjaġġ xorta waħda ħalla ċertu sinifikat, fosthom li saħħaħli iktar minn qatt qabel ir-rabta li għandi mal-baħar u li se nibqa’ nagħmel dak kollu possibbli biex nipproteġih,” kiteb l-atleta Neil Agius fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Dan wara li lbieraħ fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, għall-ħabta tal-4:00 a.m., kellu jabbanduna l-isfida li jikser ir-rekord dinji fuq distanza ta’ 100 mil f’għawma minn Mallocra lejn Ibiża li bdiet it-Tnejn li għadda, minħabba diversi nefħiet f’ġismu kkawżati minn tingiż kontinwu ta’ bram.

Minkejja d-dwejjaq li qed iħoss f’dan il-mument għall-fatt li dejjem tinbet dik il-mistoqsija ta’ “Min jaf kinitx titjieb is-sitwazzjoni li kieku bqajt ngħum daqsxejn oħra?”, huwa qal li jagħraf illi sfidi ta’ dan it-tip ma jiddependux biss minn kemm persuna tkun preparata mentalment u fiżikament, iżda jiddependu wkoll fuq ċirkostanzi li jmorru lil hinn mill-kontroll tagħna.

Ekonomija

Sport