Tuesday, September 24, 2024

Ir-raġel arrestat fuq serq kien maħrub mill-ħabs ta’ pajjiżu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena mill-Maċedonja tressaq il-Qorti b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet minn numru ta’ ħwienet f’diversi lokalitajiet madwar Malta, bil-valur tal-affarijiet misruqa hu ta’ madwar €150,000.

Vasko Gruevski magħruf bħala Ivanov Asen Georgiev ġie mixli b’rabta ma’ erba’ attenti ta’ serq u disa’ serqiet imwettqa. Huwa ma rrispondiex għall-mistoqsijiet li sarulu u dan minkejja li kellu interpretu mqabbad mill-Qorti.

Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u baqa jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin. Huwa mifhum li r-raġel huwa maħrub mill-ħabs ta’ pajjiżu u kien qiegħed Malta taħt identità falza.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Christina Delia u Joseph Mercieca flimkien mal-Avukat Kevin Valletta mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-Avukat Christopher Chircop deher għall-imputat.

Sport