Monday, May 13, 2024

Liverpool iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Jurgen Klopp

Aqra wkoll

Qed jiġi rrapportat li Liverpool iridu lill-coach Ġermaniż, Jurgen Klopp, jiffirma r-raba’ kuntratt tiegħu. 

Id-diriġenza tar-Reds qed jippjanaw li jkollhom suq tat-trasferiment attiv hekk kif qed jerġa’ jinbena team taħt il-gwida ta’ Klopp. Dan jinkludi wkoll it-tiġdid tal-kuntratt tad-difensur internazzjonali Olandiż, Virgil van Dijk. 

Barra minn hekk, Liverpool se jkollhom bosta fondi hekk kif mill-bejgħ ta’ Mohamed Salah, li sejjer jilgħab fl-Arabja Sawdija, mistennija jdaħħlu aktar minn £160 miljun.

Fis-sajf li għadda, Klopp irnexxielu jirriġenera s-settur ta’ nofs il-ground b’erba’ players ġodda, li huma Alexis Mac Allister, Dominik Szoboszlai, Wataru Endo u Ryan Gravenberch, li qed iħallu l-frott mixtieq. 

Issa l-objettiv huwa l-futur fejn il-club qed jitlob lil Klopp biexjiffirma kuntratt ġdid hekk kif dak eżistenti jintemm fl-2026. 

Sport