Wieħed miż-żewġt irġiel involuti fl-argument li seħħ ilbieraħ fil-Ħamrun se jitressaq il-Qorti dalgħodu mixli li pprova jweġġa’ gravi lil raġel ieħor.
L-argument bejn iż-żewġt irġiel żvolġa għall-ħabta tal-11:00 a.m fi Triq Ħal Qormi.
Wieħed minnhom deher jipprova jitlaq minn fuq il-post sakemm ġie arrestat fl-istess triq mill-pulizija.
Huwa kien arrestat mill-uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit li waslu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Ir-raġel mistenni jitressaq quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech għall-ħabta tal-11:00 a.m.