Sunday, December 22, 2024

Ir-raġel li allegatament tajjar u qatel lil Degabriele għall-Qorti dalgħodu

Aqra wkoll

Ir-raġel arrestat b’rabta mal-inċident fatali fiż-Żejtun li seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta ta’ 11:45 a.m fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun se jkun qiegħed jitressaq il-qorti dalgħodu għall-ħabta tal-11:30.

Raġel ta’ 21 sena residenti Birżebbuġa se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello b’akkużi relatati mal-mewt ta’ Antoine Degabriele li nstab bla ħajja fil-ġenb tal-imsemmija triq.

Fi stqarrija maħrruġa minnha l-Pulizija lbieraħ ikkonfermat dwar l-arrest tar-raġel li allegatament tajjar lil Degabriele waqt li kien qiegħed isuq karozza tal-għamla Mazda Demio. Spjegat ukoll dwar is-sejba tal-karozza li x’aktarx kienet involuta fl-inċident f’garaxx f’Ħaż-Żabbar. Skont rapport oħra mhux konfermati, intqal ukoll li l-karozza kienet għand tellar fejn saħansitra nstabet mingħajr windscreen.

Ekonomija

Sport