Wednesday, March 27, 2024

Ir-raġel li instiga l-aggressjoni  fuq erba’ nisa f’restorant Ċiniż jeħel 24 sena ħabs

Aqra wkoll

Ir-raġel li kien instiga l-agg­ressjoni fil-konfront ta’ erba’ nisa li kienu qegħdin bi kwiethom f’restorant ġewwa ċ-Ċina ngħata sentenza ta’ 24 sena ħabs u multa ta’ $45,000. Chen Jizhi nstab ħati b’agg­ressjoni li bdiet hekk kif waħda min-nisa ma laqgħatx l-avvanzi tiegħu. Dak il-każ seħħ f’Ġunju li għadda.

B’rabta ma’ dan il-każ ukoll kien hemm 27 raġel li ġew akkużati bi vjolenza fejn fil-filmat tas-CCTV jidhru jitfgħu fliexken, siġġijiet u anke jsawtu l-imsemmija nisa. Dawn il-persuni l-oħrajn ingħataw sentenzi li jvarjaw bejn sitt xhur u 11-il sena ħabs. Il-qorti ordnat ukoll li Chen u ħames aggressuri oħrajn iħallsu l-ispiża tal-kura li rċevew il-vittmi. 

Il-filmati ta’ din l-aggressjoni tista’ tgħid li daru d-dinja u qajmu tħassib u diskussjonijiet dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru ġewwa ċ-Ċina. Wara din l-aggressjoni, żewġ nisa spiċċaw f’kura intensiva filwaqt li l-oħrajn ġew deskritti li sofrew “ġrieħi żgħar” u dan minkejja li fir-ritratti dehru b’wiċċhom kollu demm. 

Għadd ta’ gruppi li jikkampanjaw favur id-dritti­jiet tan-nisa qalu li l-vjolenza domestika hija waħda prevalenti u ftit li xejn tiġi rrapportata ġewwa ċ-Ċina filwaqt li għadd ta’ korrispondenti allegaw li l-awtoritajiet Ċiniżi ċċensuraw id-dibattitu li qam dwar dan l-attakk, u pprovaw jitfgħu l-ħtija u gangs kriminali.

Ekonomija

Sport