Saturday, April 27, 2024

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal imħasseb dwar is-sitwazzjoni fi ħdan il-Kulleġġ San Albert

Aqra wkoll

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal bagħat stqarrija għaliex jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni fi ħdan il-Kulleġġ San Bert. Ġie spjegat li l-inċertezza li qed jaffaċjaw it-tfal mhijiex fl-aħjar interess tagħhom.

“Wara sentejn ta’ tħarbit minħabba l-Covid-19, it-tfal m’għandhomx jitpoġġew f’ sitwazzjoni bħal din, li qed toħloq stress u ansjetà fost it-tfal u l-ġenituri. It-tfal għandhom dritt li jibdew sena skolastika ġdida f’ ambjent seren u akkoljenti” stqarr l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.

Għaldaqstant, l-Uffiċċju jħeġġeġ il-partijiet kollha sabiex isibu soluzzjoni minnufih fl-aħjar interess tal-istudenti kollha.

Sport