Saturday, April 27, 2024

Ir-raġel li kien se jtemm ħajtu fil-Belt jinsab aħjar

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Dan is-sit jista’ jikkonferma li l-persuna li kien fi kriżi serja fil-Belt issa jinsab aħjar u li qiegħed jingħata l-għajnuna meħtieġa. “Issa aktar kalm u qiegħed iħossu aktar sigur. L-ironija f’dan il-każ hija li min kien qiegħed jikkritika lin-nies ta’ nazzjonalità differenti għandu jkun jaf li l-persuna strumentali, l-eroj, kien raġel ta’ nazzjonalità differenti li għen bi traduzzjoni fil-mument li konna qegħdin ngħinu lil dan ir-raġel fi kriżi f’Bieb il-Belt,” aċċenna ma’ Talk.mt Dr Xuereb; Kap tal-Crisis Resolution Malta.

Il-psikjatra talab biex niftakru li hemm ħafna nies bħal dan ir-raġel u insista li ma nitraskurawhomx “għax dawn ukoll għandhom bżonn ta’ għajnuna”.

Dr Mark Xuereb, filwaqt li rringrazzja lil dan is-sit ikkonsidrat minnu bħala membru attiv u importanti tal-Crisis Team, temm jgħid li l-midja bħalma tista’ tkattar ir-rata ta’ suwiċidji, tista’ tnaqqashom billi jkun hemm rapportaġġ responsabbli u għarfien.

Sport