Wednesday, January 14, 2026

Ir-raġel ta’ Mildred Azzopardi ma jiftakar xejn dwar dak li seħħ f’Ta’ Liesse

Aqra wkoll

Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Benjamin Chetcuti, suldat ta’ 23 sena residenti Raħal Ġdid fejn qiegħed jiġi akkużat bi qtil involontarju, f’inċident li seħħ il-Ħadd, 27 ta’ Lulju li għadda, ħareġ li r-raġel ta’ Mildred Azzopard ma jiftakar xejn mill-mumenti li segwew l-impatt fatali li wassal għall-mewt ta’ martu. 

Chetcuti li qiegħed jwieġeb mhux ħati tal-akkużi jinsab akkużat li waqt li kien qed isuq karozza Subaru Impreza ħabtet ma’ Ford Fiesta ipparkjata fi Triq Ta’ Liesse, il-Belt Valletta, u b’konsegwenza ta’ dan inqatlet Mildred Azzopardi, mara ta’ 62 sena mill-Ħamrun u omm ta’ erbat itfal. Hu qiegħed jiġi akkużat ukoll li saq taħt l-influwenza tal-alkoħol.

Alfred Azzopardi eks plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol għamel żmien twil fil-periklu tal-mewt. 

Fix-xhieda tiegħu Azzopardi qal li hu u martu kienu waslu bil-karozza u pparkjaw. Qal li hu kien baqa’ bilqiegħda fis-seat tax-xufier filwaqt li martu niżlet tpoġġi xi affarijiet fil-bagoll.

Spjega quddiem il-Qorti li ftit tal-ħin wara kien seħħ l-impatt, u minn dak il-ħin ‘il quddiem hu ma jiftakar xejn ħlief li x’ħin qam sab ruħu l-isptar u sar jaf x’ġara hekk kif ġie mitkellem mill-Awtortajiet. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport