Friday, December 13, 2024

Ir-Ramblers’ Association tinsab urtata bil-grada illegali li tagħti għall-Blata tal-Melħ

Aqra wkoll

Ir-Ramblers’ Association of Malta tinsab urtata dwar il-fatt li fit-8 ta’ dan ix-xahar il-Kummissjoni tal-Ippjanar baqgħet lura milli tilqa’ applikazzjoni sabiex tippenalizza lil min installa grada “illegali” li bħalissa qed timblokka l-aċċess għall-passaġġ li jagħti mill-Baħrija għall-Blata tal-Melħ.

Din l-assoċjazzjoni qalet li minkejja li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet ħarġet notifika kif ukoll kienet ħabbret pubblikament illi kellha titneħħa din il-grada, kollox baqa’ kif kien.

S’issa din il-grada “illegali” ilha tillimita l-aċċess għal dan il-passaġġ għal din l-aħħar sena.

Ekonomija

Sport