Tuesday, April 30, 2024

Ir-Re Karlu jagħti sa £600 lill-ħaddiema minħabba l-kriżi tal-għoli tal-ħajja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tal-familja rjali se jkunu qegħdin jirċievu sa £600 żieda bħala għajnuna biex ilaħħqu mal-kriżi tal-għoli tal-ħajja.

Skont ġurnali fl-Ingilterra, din l-għajnuna finanzjarja addizzjonali se tkun qiegħda tingħata minn dan ix-xahar lill-ħaddiema li jinkludu lill-fattigi fost ħafna oħrajn. Din l-għajnuna mistennija tlaħħaq l-għexieren ta’ eluf li parti minnhom mistennija jinħarġu mid-dħul tal-istess Re tal-Ingilterra.

Dawk kollha li jaqilgħu inqas minn £30,000 se jkunu qegħdin jirċievu l-ammont sħiħ filwaqt li dawk li jaqilgħu iżjed se jkunu qegħdin jirċievu inqas.

Skont l-istess rapporti dan se jkun pagament wieħed u dawk li jaqilgħu bejn £30,000 u £40,000 se jirċievu £400 u dawk li jaqilgħu bejn £40,000 u £45,000 se jirċievu £350.

Huwa jikkwotaw sors li jgħid li r-Re huwa konxju taż-żieda qawwija fil-prezzijiet u li filwaqt li se jkun qiegħed idaħħal idejh f’butu stess, il-ħsieb tiegħu huwa li jagħmel li jista’ biex jgħin lill-ħaddiema tal-palazz quddiem din il-kriżi.

Skont rapport finanzjarju tal-familja rjali għas-sena 2020-2021 b’kollox hemm 491 persuna mxerrdin fil-palazzi kollha u li b’kollox il-pagi tagħhom jammontaw għal £23.7 miljun.

Sport