Sunday, December 22, 2024

“Ir-rebħa turi rikonoxximent ta’ poplu sħiħ lejn il-Prim Ministru” – Kevin Drake

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kevin Drake, li snin ilu kien magħruf li kien parti mill-Partit Nazzjonalista iżda imbagħad resaq lejn il-Moviment Laburista, f’kummenti li għadda lil Talk.mt qal li ir-rebħa turi rikonoxximent  ta’ poplu sħiħ lejn il-Prim Ministru.

Qal li “mill-indikazzjonijiet attwali (għall-hin ta’ nofsinhar) jidher illi d-distakk aħħari bejn il-partiti se jkun qed iqarreb ħafna lejn il-previżjonijiet ippubblikati fis-sondaġġi ta’ IT-TORĊA.  Jekk dan iseħħ ifisser li Robert Abela qed jingħata l-ewwel mandat tiegħu b’marġini mhux biss b’saħħithom iżda saħansitra rekord.  Fil-fehma tiegħi dan il-fatt ikun qed jixhed r-rikonoxximent ta’ poplu sħiħ lejn Prim Ministru li appena li assuma l-kariga, wera bil-provi illi minnufih  kien kapaċi jmexxi l-pajjiż b’ħila u galbu kbir matul l-iktar mumenti diffiċli li d-dinja kellha taffaċċja.”  

Tenna li “l-ekonomija baqgħet tikber, il-qgħad qatt ma kien daqstant baxx filwaqt li l-previżjonijiet għall-ġejjieni huma tajbin immens.  Dan kollu ma sarx b’kumbinazzjoni, u għaldaqstant nemmen illi n-nies fehmu dan u kienu aktar disposti minn qatt qabel li jagħtu l-fiduċja tagħhom lil min, bil-fatti, mexxa l-pajjiż b’kapaċità liema bħalha fl-agħar maltempati, u li għandu viżjoni ċara, fattibbli u ambizzjuża għall-futur tassew sabiħ.”

Saħaq li “l-Partit Nazzjonalista, Ormaj, kompla juri illi baqa’ ankrat fil-passat, bi politika esklussivament  konfrontattiva, mingħajr viżjoni u nieqes għal kollox mill-kredibilità. Jekk ma jseħħx ‘terremot’ radikali fi ħdan il-PN f’dawn il-jiem, il-partit huwa ddestinat illi jimplodi kompletament u jsir totalment irrilevanti.  Nemmen ukoll, bħalma kien stqarr il-Prim Ministru stess, li gvern Laburista ser ikun ixxprunat minn sens qawwi ta’ umiltà minkejja r-rebħa impressjonanti.”

Ekonomija

Sport