Ir-Red Arrows se jirritornaw Malta biex jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta International Airshow.
Kienu l-organizzaturi stess li ħabbru dan dwar il-wirja tant mistennija li se se ssir fil-25 u s-26 ta’ Settembru.
L-aħħar darba li r-Red Arrows ġew Malta biex jagħtu wirja fl-ajru kien proprju fl-2014.