Thursday, May 16, 2024

Ir-Red Bull jinstabu ħatja li kisru l-limitu tal-baġit tal-Formula Wieħed

Aqra wkoll

Ir-Red Bull instabu ħatja li kisru l-limitu tal-baġit tal-Formula 1 mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu, l-FIA.

Ir-Red Bull qabeż il-limitu ta’ $145 miljun matul l-2021, qalet l-FIA iżda r-reat kien wieħed minimu. Dan ifisser li t-team qabeż il-limitu b’inqas minn 5%, jew $7.25 miljun.

Kemm it-team tar-Red Bull kif ukoll dak ta’ Aston Martin instabu ħatja wkoll ta’ ksur proċedurali tal-limitu.

L-FIA ma żvelatx l-ammont li bih ir-Red Bull qabżu l-limitu jew liema penali kienu se jiġu applikati. Qalet li “bħalissa qed tiddetermina l-aktar azzjoni xierqa”.

Fi stqarrija, ir-Red Bull qalu li nnutaw l-aġir tal-FIA “b’sorpriża u b’diżappunt kbir”.

It-team żied jgħid: “Is-sottomissjoni tagħna tal-2021 kienet taħt il-limitu tal-ispejjeż, għalhekk irridu nirrevedu bir-reqqa l-allegazzjonijiet tal-FIA, peress li t-twemmin tagħna jibqa’ li l-ispejjeż rilevanti huma taħt l-ammont tal-limitu tal-ispejjeż tal-2021.

Iż-żewġ timijiet għandhom il-possibbiltà li jappellaw mid-deċiżjoni.

Il-pieni għal ksur minuri tar-regolamenti jinkludu: twissija; tnaqqis tal-punti tal-kampjonat tas-sewwieqa u/jew tal-kostrutturi għall-istaġun inkwistjoni; sospensjoni minn stadju wieħed jew aktar ta’ kompetizzjoni; limitazzjonijiet fuq ittestjar aerodinamiku jew ittestjar ieħor; u tnaqqis tal-limitu tal-ispiża tat-team.

Sport