Sunday, November 24, 2024

Ir-referee Halil Umut Meler ma jridx jaħfer lil Faruk Koca

Aqra wkoll

Ir-referee Halil Umut Meler jgħid li “mhux se jaħfer” lill-president tal-MKE Ankaragucu, Faruk Koca, wara li ngħata daqqa ta’ ponn fi tmiem partita fil-11 ta’ Diċembru.

Koca ġera fil-ground u attakka lil Meler wara li t-team tiegħu sofra l-goal tad-draw fid-97 minuta fi draw ta’ 1-1 tas-Super Lig ma’ Caykur Rizespor fit-Turkija.

Meler, li sofra ġrieħi fosthom ksur żgħir, ħareġ mill-isptar nhar l-Erbgħa b’għajn minfuħa.

“Jien ma naħfirx lil Koca, mhux se naħfer,” huwa qal lill-midja Torka.

Meta tkellem dwar l-inċident għall-ewwel darba, Meler żied jgħid: “Il-persuna li għamlet dan tatni daqqa ta’ ponn, u waqajt mal-art. Iżda d-daqqiet ta’ sieq attwali waqt li kont mal-art se tkun xi ħaġa li qatt ma ninsa għall-bqija ta’ ħajti.

“Għalhekk, fil-kuxjenza, qatt ma jien se naħfer. Ma naħfer bl-ebda mod, qatt ma naħfer lil min għamel jew lil min ipprovoka. Qed ngħid dan speċifikament, mhux se naħfer lil min ipprovoka jew lil dawk li għamlu dan.”

Il-Ministru tal-Ġustizzja Yilmaz Tunc qal li Koca u tnejn oħra ġew arrestati wara li l-prosekuturi ħadu dikjarazzjonijiet u ġiet imposta deċiżjoni ta’ kontroll ġudiz­zjarju fuq tliet suspettati oħra.

Koca irċieva wkoll sospensjoni permanenti mill-Federazzjoni Torka tal-Football (TFF), filwaqt li Ankaragucu ġew immultati żewġ miljun lira (£54,000) u ordnati jilagħbu ħames logħbiet f’darhom min­għajr ebda partitarju.

Meler ilu jirreffja fis-Super Lig Tork mill-2015 u jikkontrolla logħob internaz­zjonali għall-FIFA.

Sport