Wednesday, July 24, 2024

L-Arġentina jtemmu s-sena 2023 fil-quċċata tar-rankings tal-FIFA

Aqra wkoll

Intlagħbu biss 11-il partita internazzjo­nali minn meta nħarġet l-aħħar lista tar-Ranking tad-Dinja tal-Irġiel tal-FIFA/Coca-Cola f’Novembru. 

Disgħa minn dawn il-logħbiet raw timi­jiet tal-Oċeanja li pparteċipaw fil-Logħob tal-Paċifiku. It-tnejn l-oħra kienu jinvolvu lill-Kolombja, li ffaċ­ċjaw lill-Venezwela u lill-Messiku f’partiti ta’ ħbiberija. 

Minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni, ma tantx kien hemm tibdil fl-edizzjo­ni tal-lista ta’ Diċembru. Sena wara li daqu l-glorja fit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA fil-Qatar 2022, l-Arġentina (l-ewwel) għadha fuq nett hekk kif l-2023 toqrob lejn tmiemha. Franza (it-tieni) u l-Ingilterra (3) jtemmu l-podju ta’ tmiem is-sena u ma kien hemm l-ebda mo­vi­ment sinifikanti fl-ewwel 13.

Għaldaqstant, l-ewwel 10 spiċċaw hekk: 1. Arġentina; 2. Franza; 3. Ingilterra; 4. Bel­ġju; 5. Brażil; 6. Olanda; 7. Portugall; 8. Spanja; 9. Italja; 10. Kroazja.

It-team Malti baqa’ jokkupa l-172 post meta tilef il-logħob kollu tal-grupp tan-Nations League meta kellu miegħu lill-Ingilterra, l-Italja, l-Ukrajna u l-Maċedonja.

Ekonomija

Sport