Il-ġimgħa l-oħra komplew ir-Regional u l-Community League tal-Blackball hekk kif dawn jinsabu fil-fażijiet deċiżivi tagħhom.
Fir-Regional League kien hemm il-kwalifikazzjoni għal mal-aħħar erbgħa ta’ Qormi Pinto B, Birkirkara Youngsters, Valletta Fossa Boys u Ħamrun 147 C.
Il-Ħamruniżi għelbu lil Siġġiewi Montekristo A 21-8 filwaqt li l-Qriema kisbu rebħa ta’ 21-11 kontra PL Balzan A.
Valletta Fossa Boys u Birkirkara Youngsters ukoll għamluha għas-semifinali wara rebħiet fuq Domus Kids A (21-10) u San Ġwann Tiki Taka Spartans (21-12).
Fis-semifinali li se jintlagħbu bejn it-23 u l-25 ta’ Settembru fejn Qormi Pinto B jaffaċċjaw lil Valletta Fossa Boys filwaqt li Birkirkara Youngsters għandhom impenn kontra Ħamrun 147 C.
Sadanittant intlagħab ukoll ir-round tas-16 tal-Community KO fejn kellna dawn ir-riżultati:
Ħamrun 1889 – Birżebbuġa St Peters 21-11
Siġġiewi Montekristo – Żebbuġ St Joseph C 21-16
Birkirkara Juve – PL Balzan B 21-6
Mrieħel Billiard House B – Selmun Sports Club B 12-21
Siġġiewi Montekristo B – Ħamrun 147 D 21-14
San Ġwann Tiki Taka Buddies – Birżebbuġa St Peter’s A 21-13
Selmun Sports Club C – Cospicua Rangers B 11-21
PL Floriana – Birkirkara Boċċi 23-20
Il-kwarti tal-finali se jintlagħbu matul din il-ġimgħa b’dan il-programm:
Ħamrun 1889 Bar – Siġġiewi Montekristo C
Birkirkara Juve – Selmun Sports Club B
Siġġiewi Montekristo B – San Ġwann Tiki Taka Buddies
PL Floriana – Cospicua Rangers B