Monday, May 20, 2024

Ir-Renju Unit b’rekord ta’ 93,045 każ tal-Covid-19 f’ġurnata waħda

Aqra wkoll

Illum ir-Renju Unit irreġistra l-akbar ammont ta’ każi ġodda tal-Covid-19 hekk kif fi żmien 24 siegħa 93,045 persuna oħra irriżultaw pożittivi għal dan il-virus. 

Ir-rekord kien diġà nkisser ilbieraħ, meta ġew ikkonfermati 88,376 każ ġdid.

Meta wieħed iqis kemm tassew hija kbira din iċ-ċifra,  il-kapaċità tal-Wembley Stadium hija ta’ 89,000 ruħ.

Dan qed isseħħ wara li l-Prim Ministru Boris Johnson wissa li r-Renju Unit kien qed jiffaċċja “mewġa” ta’ każijiet din ix-xitwa minħabba l-varjant Omicron li huwa trażmissibbli ħafna.

Matul l-aħħar sebat ijiem, ġew irreġistrati 477,229 infezzjonijiet ġodda tal-Covid-19, filwaqt li mietu 794 persuna.

Sport