Thursday, December 26, 2024

Ir-Renju Unit qed jipprepara biex jevakwa nies ċivili mil-Libanu minħabba li l-kunflitt qed ikompli jikber

Aqra wkoll

Ir-Renju Unit qed jipprepara biex jevakwa nies ċivili mil-Libanu hekk kif il-kunflitt fil-Lvant Nofsani jikber

Ir-Renju Unit għaddej bi preparazzjoni għat-tħejjija għal possibilita’ta’xi evakwazzjoni ta’ ċittadini Brittaniċi mil-Libanu. Dan wara l-qtil tal-ġimgħa li għaddiet f’Beirut u Tehran, fejn hemm diversi theddid li l-gwerra f’Gaża tinbidel f’kunflitt fir-reġjun kollu.

Ġie rrapurtat li l-vapur tal-inżul RFA Cardigan Bay u l-vapur magħruf bħala HMS Duncan diġà jinsabu fil-Lvant tal-Mediterran u li l-forza tal-ajru qed tpoġġi ħelikopters tat-trasport ġaladarba jkun hemm bżonn li xi ċittadini jevakwaw.

L-ambaxxata tal-Istati Uniti f’Bejrut qalet: “Inħeġġu lil dawk li jixtiequ jitilqu mil-Libanu biex jibbukkjaw kwalunkwe biljett disponibbli għalihom, anke jekk dik it-titjira ma titlaqx immedjatament jew ma ssegwix ir-rotta tal-ewwel għażla tagħhom. Iċ-ċittadini tal-Istati Uniti li m’għandhomx fondi biex jirritornaw lejn l-Istati Uniti jistgħu jikkuntattjaw lill-ambaxxata għal għajnuna finanzjarja”

Aktar kmieni din il-ġimgħa, diversi linji tal-ajru ħabbru li mhux se jagħmlu titjiriet fl-ajruport internazzjonali Rafic Hariri ta’ Beirut.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport