Ir-replays tat-tielet u r-raba’ round tal-FA Cup jistgħu jiġu mneħħija fit-tentattiv biex ma tikbirx il-konġestjoni ta’ fixtures.
Dan minħabba li fi tmiem il-ġimgħa li għadda l-programm kollu tal-football ġie pospost minħabba l-mewt tar-Reġina Eliżabetta II.
Il-clubs diġà qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ lista ta’ logħbiet qabel it-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Qatar f’Novembru li ġej.
Aktar minn hekk, il-partita bejn Chelsea u Liverpool, li kellha tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej, tħassret minħabba li se taħbat ġurnata qabel il-funeral tar-Reġina li se jsir f’Londra.
Żewġ partiti oħra li ġew posposti huma Brighton vs Crystal Palace u Man Utd vs Leeds.
B’hekk l-unika soluzzjoni hija li jitneħħew ir-replays tal-FA Cup tat-tielet u r-raba’ biex partita li tintemm fi draw se tmur għall-ħin barra u jekk ikun hemm bżonn għall-għoti tal-penalties.