Ir-residenti ta’ Beijing iridu juru li huma negattivi għall-Covid biex jidħlu fi spazji pubbliċi. Dan wara li fl-aħħar jiem iddaħħlu aktar restrizzjonijiet fil-kapitali Ċiniża.
Filwaqt li għadu mhux ċar kemm se jdumu fis-seħħ dawn il-miżuri ġodda, dan ġie mħabbar hekk kif il-belt bdiet festa pubblika ta’ ħamest ijiem.
Ġie rrappurtat ukoll li se jkun meħtieġ li jiġi ppreżentat test negattiv tal-Covid biex titla’ fuq it-trasport pubbliku mill-5 ta’ Mejju.
Dawn ir-regoli ġodda qed jidħlu fis-seħħ wara li f’din l-istess belt tnieda ttestjar tal-massa għal miljuni ta’ residenti tagħha wara żieda fil-każijiet.
B’kuntrast ma’ ħafna pajjiżi oħra, iċ-Ċina qed issegwi strateġija ta’ żero-Covid, bil-għan li teqred il-virus mill-pajjiż kompletament.
Iżda l-miżuri, bħal lockdowns stretti, wasslu għal dimostrazzjonijiet ta’ rajba sħiħa fost il-pubbliku kontra l-awtoritajiet.
L-ikel mir-ristoranti twaqqaf sa nhar l-Erbgħa li ġej, bin-nies jintalbu jsajru fid-djar tagħhom. Mit-22 ta’ April, din il-belt irrapportat 295 każ ġdid li minnhom 123 instabu f’Chaoyang, id-distrett l-aktar popolari ta’ Beijing, li fih se jsir għat-tielet darba l-ittestjar tal-massa.