Wednesday, July 24, 2024

Ir-restawr fl-Iskola tal-Arti miexi b’ritmu tajjeb

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici żar ix-xogħol ta’ restawr li qed isir fl-Iskola tal-Arti fil-Belt. 

Ix-xogħol b’investiment ta’ €5 miljun mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjin u qed isir minn ħaddiema tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada.

Matul din iż-żjara l-Ministru Bonnici kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri u l-Kap tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli Victor Galea li taħtu taqa’ l-imsemmija skola.

L-Iskola tal-Arti għandha reġistrati magħhom madwar 800 studenti bl-iżgħar studenti għandhom sitt snin.

Il-binja fi Triq l-Ifran fejn hemm din l-iskola tmur lura għal żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann u għamlet żmien isservi bħala Qorti tal-Maġistrati.

Ekonomija

Sport