Tuesday, May 21, 2024

IR-RIKONOXXIMENT LILL-ĦADDIEM

Aqra wkoll

Ta’ kull sena, fil-1 ta’ Mejju, bosta pajjiżi madwar id-dinj jagħtu lill-ħaddiem il-ġieħ li tassew jistħoqqlu. F’pajjiżna dan ilu snin twal isir. Huwa jum li fh infakkru
l-ġlidiet li għamlu ta’ qabilna matul il-milja tas-snin fl-kisba ta’ aktar libertajiet u drittijiet anke titjib talkundizzjonijiet tax-xogħol.

Illum, aktar minn qabel, qed issir enfasi qawwija dwar l-importanza ta’ aktar investiment fr-riżorz uman biex dan ikollu kwalità ta’ ħajja aħjar. Qabel xejn irridu nirrikonoxxu li x-xogħol diċenti huwa dak li jagħti dinjità u jsaħħaħ lill-individwu.

Joffri wkoll opportunitajiet li persuna tkompli timraħ u tavvanza fl-karriera tagħha. B’dan il-mod, il-ħaddiem ikun jista’ jtejjeb il-livell t’għajxien tiegħu u tal-familja tiegħu. Min-naħa l-oħra iżda, huwa tajjeb li naraw dawk iċ-ċirkostanzi li qed iħallu
efett, ħafna drabi negattiv, fuq il-ħaddiema.

Fl-isfond taċ-ċelebrazzjoni tallum ma nistgħux ninjoraw il-kwistjonijiet urġenti li qed ikomplu jaffettwaw lill-klassi tal-ħaddiema kemm hawn Malta kif ukoll madwar id-dinja kollha.

Kif qal tajjeb is-Segretarju Ġenerali tal-GWU fd-diskors tiegħu f-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, għandu jiġi indirizzat l-isfruttament u l-abbuż tal-ħaddiema. Din hija kwistjoni li nemmnu li sar ħafna xogħol fuqha u anki nkisbu riżultati tajbin fosthom permezz tal-introduzzjoni tal-iskill cards u rregolazzjoni tat-temping agencies iżda jidher li f’pajjiżna għadna ma qridniex għal kollox il-prekarjat li
għadu jaħkem l-aktar fs-settur tal-ħaddiema tal-kuntrattur.

Għalhekk nemmnu bis-sħiħ li għad fadal xi jsir biex dan l-isfruttament jekk
ma negħlbuhx għalkollox, almenu nrażżnuh kemm nistgħu. Huwa wkoll għaqli li l-ħaddiem, f’dan il-jum dedikat lilu, jieqaf u jaħseb ftit dwar kemm jaqbillu li jissieħeb f’trejdunjin.

Jaqbillu li ma jkunx waħdu fl-maltemp imma jkollu min jipproteġilu l-interessi u d-drittijiet tiegħu. Għalhekk ukoll huwa importanti li jkun hemm sħubija awtomatika f’tredjunjin, iżda liema unjin tkun għażla libera tal-ħaddiem. Nemmnu li dan ma jmurx kontra l-prinċipju tal-libertà tal-assoċjazzjoni.

Il-Ħaddiem jeħtieġlu jifhem li ma jistax iħalli aktar lil min jabbuża bih u jisfruttah. Għax meta l-ħaddiem iqum biex jissielet kontra l-isfruttament ma jkun qed jagħmel xejn għajr li jiddefendi u jipproteġi d-dinjità tiegħu. B’hekk biss imbagħad inkunu nistgħu nifrħu u niċċelebraw lillħaddiem li huwa s-sors tal-ħolqien
ta’ kull ġid.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport