Fl-2019, il-Katidral maestuż tan-Notre Dame fi Franza inħakem minn nirien infernali li qerrdu parti sostanzjali minnu. Tliet snin wara, kien ikkonfermat, li r-rikostruzzjoni tiegħu se tkun qed tibda fiż-żmien li ġej bil-possibiltà tkun li x-xogħol jibda din ix-xitwa. Il-mira hija li n-Notre Dame jerġa' għall-glorja tiegħu sal-2024 wara li fil-jiem li għaddew l-enġiniera u l-periti nkarigati mir-rikostruzzjoni tal-Katidral kienu magħżulin.