Saturday, December 14, 2024

Ir-ripatrijazzjoni hija waħda mill-aqwa għodod biex niġġieldu l-immigrazzjoni

Il-Ministru Byron Camilleri

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri attenda laqgħa informali tal-Ministri tal-Intern u tal-Ġustizzja fi Stokkolma fejn ġew diskussa diversi kwistjonijiet dwar l-isfidi tal-immigrazzjoni irregolari fl-Unjoni Ewropea fosthom il-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi dwar ir-ritorn u l-politika effettiva u ħolistika governattiva biex tilqa’ għall-isfidi tal-immigrazzjoni. Fil-laqgħa ġew diskussi wkoll l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fl-era diġitali.

Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Camilleri qal li r-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi lura lejn pajjiżhom huwa l-aktar għodda effettiva kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-bażi ta’ sistema ġusta tal-immigrazzjoni. Huwa għamel sejħa għall-ħtieġa li wieħed juża ħafna mill-miżuri li l-Unjoni Ewropea għandha kontra pajjiżi li ma jikkoperawx fosthom l-użu ta’ Artikolu 25a tal-Kodiċi tal-Viża. Min-naħa l-oħra, l-użu ta’ inċentivi ma’ pajjiżi li jikkoperaw huwa aktar effettiv. Il-Ministru Camilleri qal li l-Unjoni Ewropea trid tkun aktar konsistenti u sensibbli lejn pajjiżi terzi. Din il-politika trid tkun imfassla apposta skont il-pajjiż terz partikolari. Il-ministru għamel sejħa biex jiġu allokati biżżejjed fondi għad-diversi miżuri fl-Afrika ta’ Fuq waqt li titħarrax aktar il-ġlieda kontra l-kuntrabandu tal-bnedmin.

Il-Ministru Camilleri wassal ukoll il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-Ministru Ukren Denys Monastyrsky u l-familji tal-vittmi tat-traġedja tat-18 ta’ Jannar li għadda.

Ekonomija

Sport