Sunday, December 22, 2024

Ir-Riżerva Naturali tas-Salina terġa’ tibda tipproduċi l-melħ

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ritratti: Aron Tanti  & Alice Sicoli

Ir-Riżerva Naturali tas-Salina, li tinsab fil-limiti tan-Naxxar, ħabbret li wara snin twal bdiet terġa’ tipproduċi l-melħ.

Filwaqt li ppubblikaw diversi ritratti fejn jidher dan, qalu li dan huwa proċess li jieħu diversi xhur.

Fil-ġimgħat li ġejjin, se jkunu qed jibgħatu kampjuni tal-melħ barra minn Malta għal testijiet fil-laboratorju biex tkun ikkonfermata l-kwalità tajba tiegħu. Skont ir-riżultati, il-melħ imbagħad se jiġi ppakkjat għall-bejgħ.

Fuq il-paġna “It-temp madwarna” intqal li minn meta waqfu l-maltempati tax-xitwa li għaddiet, is-salini bdew jitnixxfu u jitnaddfu bl-idejn.

Ġie spjegat li ‘water valves’ installati apposta, jippumpjaw ilma mill-baħar b’distribuzzjoni permezz ta’ kanal dirett ġol-kontenituri naturali fil-blat tas-salini. Hemmhekk, imbagħad tibda l-evaporazzjoni.

Intqal ukoll li għall-ħabta ta’ Ġunju tibda tidher il-qoxra ta’ kristalli tal-melħ. Wara l-melħ jinġabar f’munzelli żgħar u jitnixxef kompletament mill-ilma permezz ta’ pali apposta, u jitħalla fix-xemx.

Fil-passat, dawn is-salini kellhom isem li kienu jipproduċu l-aqwa melħ fil-Mediterran.

Ekonomija

Sport