Sunday, May 31, 2026

Ir-riżultat uffiċjali tal-Elezzjoni Ġenerali 2026

Aqra wkoll

F’kummenti fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali Joseph Camilleri qal li voti mitfugħa kien hemm 312,129, li minnhom voti validi kien hemm 306,036.

Il-voti invalidi kienu jammontaw għal 6,093.
Dwar kemm ġabu voti l-partiti politiċi fir-rigward tal-ewwel preferenza, l-ADPD kiseb 3,996 vot, l-Aħwa Maltin 1,845 vot, Imperium Europa 167 vot, Momentum 4,700 vot, Partit Laburista 158,444 vot u Partit Nazzjonalista 136,723 vot.

Il-kandidati indipendenti ġabu bejniethom 161 vot.
Dan ifisser li l-Partit Laburista ġab 51.77% tal-voti filwaqt li l-PN ġab 44.68%. Id-differenza ta’ voti bejn il-partiti l-kbar kienet ta’ 21,721 vot.

Bħala kandidati, il-PL tella 36 filwaqt li l-PN tella 29. Il-kandidati eletti huma:

L-Ewwel Distrett: Keith Azzopardi Tanti, Deo Debattista, Nigel Vella (PL); Darren Carabott, Paula Mifsud Bonnici (PN).

It-Tieni Distrett: Robert Abela, Glenn Bedingfield, Clyde Caruana, Alison Zerafa Civelli (PL); Stephen Spiteri (PN).

It-Tielet Distrett: Carmelo Abela, Chris Bonett, Owen Bonnici, Chris Fearne (PL); Stephen Spiteri (PN).

Ir-Raba’ Distrett: Jonathan Attard, Byron Camilleri, Chris Fearne (PL); Mark Anthony Sammut, Michael Piccinino (PN).

Il-Ħames Distrett: Robert Abela, Miriam Dalli, Omar Farrugia (PL); Anthony Bezzina, Conrad Borg Manche (PN).

Is-Sitt Distrett: Ian Borg, Rosianne Cutajar, Silvio Schembri (PL); Julian Borg, Jerome Caruana Cilia (PN).

Is-Seba’ Distrett: Malcolm Paul Agius Galea, Ian Borg, Julia Farrugia (PL); Adrian Delia, Rebekah Borg (PN).

It-Tmien Distrett: Adrian Delia, Beppe Fenech Adami, Justin Schembri (PN); Clyde Caruana, John Grech (PL).

Id-Disa’ Distrett: Eve Borg Bonello, Joseph Giglio, Alex Perici Calascione (PN); Michael Falzon, Clifton Grima (PL).

L-Għaxar Distrett: Conrad Borg Manche, Joseph Giglio, Mark Anthony Sammut (PN); Michael Falzon, Clifton Grima (PL).

Il-Ħdax-il Distrett: Ivan Bartolo, Bernard Grech, Rebekah Borg (PN); Anthony Agius Decelis, Miriam Dalli (PL).

It-Tnax-il Distrett: Alex Borg, Ivan Castillo, Graziella Galea (PN); Jonathan Attard, Alicia Bugeja Said (PL).

It-Tlettax-il Distrett: Jo Etienne Abela, Clint Camilleri, Anton Refalo (PL), Alex Borg u Beppe Galea (PN).

Sadanittant, bis-sistema ta’ ripeskaġġ, il-PN tella żewġ kandidati oħra li huma Tabone Frank Anthony fuq it-13-il Distrett u Abela Chetcuti Janice fuq it-Tielet Distrett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport