Saturday, December 28, 2024

Ir-Russja barra mill-Kunsill Ewropew… Possibbiltà li terġà tiddaħħal il-piena tal-mewt fir-Russja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kunsill Ewropew ikkonferma li r-Russja ma għadhiex tifforma parti minnu u dan anke beda jiċċirkola fil-midja b’numru ta’ ritratti li juru l-inżul tal-bandiera Russa minn fost il-bqija tal-bnadar l-oħrajn.

Fl-aħħar sigħat komunikat minn Moska esprima t-tħassib tar-Russi u l-possibbiltà li huma jħallu l-Kunsill Ewropew minħabba pressjoni li żdiedet minħabba tensjonijiet li ġabet magħha l-invażjoni fl-Ukrajna. Konferma ta’ dan kien il-fatt li fl-aħħar sigħat il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu ppreżenta n-notifika tal-ħruġ lis-Segretarju Ġenerali Marija Pejcinovic Buric.

Din id-deċiżjoni tfisser li ġiet fi tmiemha s-sħubija Russa fil-Kunsill tal-Ewropa li damet kwart ta’ seklu u li l-awtoritajiet Russi se jkunu jistgħu jiddiskutu dwar il-possibbiltà li jerġgħu jdaħħlu fis-seħħ il-piena tal-mewt.

Dan hekk kif ir-Russi mhux se jibqgħu firmatarji tal-Konvinzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani u b’hekk iċ-ċittadini Russi mhumiex se jkunu aktar eleġibbli li jressqu applikazzjonijiet quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Huwa mifhum li minkejja dan kollu u l-intenzjoni tar-Russi li jħallu l-Kunsill, ir-Russi ġew imġiegħla jagħmlu dan mill-Kunsill stess fl-aħħar sigħat

Ekonomija

Sport