Friday, May 17, 2024

“L-għażla tal-kanzunetta għandha tkun kompletament f’idejn il-poplu”

Aqra wkoll

Il-kantant Richard Micallef jinsab iddispjaċut li l-kanzunetta rebbieħa tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa 2022 (Out of Sight) ta’ Emma Muscat mhix se tkun l-istess waħda li se tirrappreżentana biha l-kantanta. Dan minkejja li Out of Sight kienet l-għażla favorita ta’ bosta, kemm permezz tat-televeoting kif ukoll mill-ġurija. 

Huwa argumenta li dan mhux ġust, kemm mal-finalisti l-oħra kif ukoll mat-telespettaturi. Richard sostna li l-kanzunetta għandha tingħażel mill-maġġoranza tal-pubbliku u mhux “Minn grupp ta’ persuni li jaħsbu illi jafu x’inhu l-aħjar għalina”.

Ikompli biex jgħid li l-għażla kellha titħalla kompletament f’idejn il-pubbliku. Barra minn hekk kien iħeġġeġ aktar parteċipazzjoni billi l-ewwel nett il-votazzjoni ssir b’xejn u billi dawk kollha li jivvutaw jidħlu fiċ-ċans li jerbħu premju.

Richard stqarr li fil-fehma tiegħu Emma hija kantanta brillanti u saħansitra ddeskrivieha bħala “stilla”. Però huwa jgħid li mhux din hi l-kwistjoni. Il-kwistjoni hija jekk Emma kellhiex kanzunetta b’saħħitha biżżejjed – li fil-fatt irriżulta fl-affermattiv; xhieda ta’ dan huwa rebħa li kisbet il-kantanta. Għalhekk huwa tenna li kellha titħalla l-kanzunetta oriġinali minħabba li kien hemm qbil unanimu.

Sport