Sunday, December 22, 2024

Ir-Russja fil-viċin li tikseb belt oħra fl-Ukrajna

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ir-Russja ser tkun qiegħda tieħu taħt idejha parti kbira mill-belt ta’ Soledar. Ħabbar dan il-Ministeru għad-Difiża Ukrena.

Il-Belt ta’ Soledar tinsab qrib Bakhmut, fejn l-Ukrajna wkoll tinsab għaddejja minn diffikultà kbira f’battalja mdemmija. Meta rrefera għal din il-belt, il-president Ukren Volodymyr Zelensky qal li din tinsab mingħajr ħajja għax ma fadlilha l-ebda ħajt f’postu. Żied jgħid li apparti minn hekk, l-art tal-istess belt tinsab miksija bil-katavri. Qabel ma’ bdiet il-gwerra, f’Soledar kien hemm madwar 10,000 persuna bħala popolazzjoni.

Analista militari rispettat mill-Ukreni, Oleh Zhdanov qal li jemmen li la Soledar u lanqas Bakhmut mhuma daqstant importanti mil-lat operazzjonali. F’intervista mal-gazzetta ‘Ukraina Gazeta;, Zhdanov qal li r-Russja qiegħda tipprova turi lid-dinja kollha li l-armata tagħha kapaċi toħroġ rebbieħa anke jekk intqal mod ieħor minn xi pajjiżi.

Ekonomija

Sport