Friday, May 3, 2024

“Robert Abela huwa agħar minn Joseph Muscat, arroganti, indiċenti u beżżiegħ”

Deputat Nazzjonalista jgħid li Abela jrid l-eks Prim Imħallef biex ikun moħħu mistrieħ

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kompliet id-diskussjoni fil-parlament b’rabta mal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att fil-Ħajja Pubblika, id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li dan l-abbozz juri minn verament hu Robert Abela.  Fid-daqqa u l-ħin jidħol fil-bini tal-parlament il-Prim Ministru Robert Abela b’Sammut jgħidlu li daħal fil-ħin biex jisimgħu.

Sammut kompla biex jgħid li “Robert Abela huwa agħar minn Joseph Muscat, arroganti, indiċenti u beżżiegħ. Agħar minn Muscat għax anke hu kien fehem li f’din il-kariga hemm bżonn kunsens, arroganti għax bilfors irid li tgħaddi tiegħu jew xejn, indiċenti għax illeakja l-ismijiet qabel kien hemm qbil li jmur il-kontra ta’ li għamlu Prim Ministri qablu, u beżżiegħ għax irrid bilfors li din il-kariga tkun okkupata minn persuna li jaf li ma tqattax blat”.

B’reazzjoni għal din tal-aħħar, id-deputati Laburisti rreaġixxew b’ton ta’ rabja għall-mod ta’ kif id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-eks Prim Imħallef.

Madanakollu, Sammut temm jgħid li jekk id-deputati Laburisti se jivvutaw favur dan l-abbozz se jkunu qegħdin isammru musmar ieħor it-tebut tad-demokrazija ta’ pajjiżna.

Sport