Friday, December 27, 2024

Ir-Russja jixħtu l-offerta għall-Euro 2028

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, jgħid li l-interess tar-Russja li tos­pita l-Kampjonati Ewropej huwa “lil hinn mis-satira” u “lil hinn mill-komprensjoni”.

Il-UEFA kkonfermat interess li tospita l-Euro 2028 mir-Renju Unit u l-Irlanda, ir-Russja u t-Turkija, filwaqt li r-Rus­sja, it-Turkija u l-Italja ddikjaraw interess fl-edizzjoni tal-2032.

Il-clubs u t-timijiet nazzjonali Russi huma sospiżi mill-FIFA u mill-UEFA minħabba l-invażjoni tal-pajjiż tal-Ukrajna.

“Ma nistax nemmen li huma verament fit-taqtiegħa,” qal Johnson dwar l-interess tar-Russja.

Huwa qal: “Kull ma nista’ ngħid huwa li huwa lil hinn mis-satira li kwalunkwe organizzazzjoni tal-football… tkun trid tagħti lir-Russja, fiċ-ċirkostanzi preżenti, id-dritt li tospita tournament. Jidher lil hinn mill-komprensjoni.”

Waqt li tkellem mal-media Ingliża, Johnson qal li “ma jistax jemmen li xi ħadd jikkunsidra bis-serjetà s-suġġeriment tagħha”.

Il-UEFA kkonfermat li n-nazzjonijiet laħqu l-iskadenza tagħha tas-5.00 pm ħin Ingliż għad-dikjarazzjonijiet ta’ interess nhar l-Erbgħa.

Kelliem għall-UEFA qal li għalkemm ir-Russja hija pprojbita mill-kompetizzjoni, l-Unjoni Russa tal-Football tagħha mhix sospiża. It-turija ta’ interess biex jittellgħu l-Kampjonati Ewropej se tkun diskussa f’laqgħa tal-UEFA fis-7 ta’ April, filwaqt li jistgħu jsiru wkoll laqgħat straordinarji oħra.

Ekonomija

Sport