L-evidenza qiegħda tissuġġerixxi li r-Russja qed tippjana “l-akbar gwerra fl-Ewropa mill-1945”. Qal dan il-Prim Ministru Boris Johnson f’intervista mal-istazzjon BBC. Huwa qal li s-sinjali kollha huma li l-pjan diġà “f’ċertu sens” beda.
Johnson qal li l-intelliġenza tissuġġerixxi li r-Russja beħsiebha tibda invażjoni li se ddawwar il-kapitlai Ukrena, Kyiv. “In-nies jeħtieġ jifhmu l-valur kbir fil-ħajja ta’ bniedem li dan kollu jista’ jinvolvi,” huwa qal.
Il-Prim Ministru tar-Renju Unit kien qiegħed jitkellem minn Munich, fejn il-mexxejja dinjija ltaqgħu għall-konferenza annwali dwar is-sigurtà.
L-aħħar stimi tal-Gvern Amerikan jissuġġerixxu li bejn 169,000 u 190,000 truppi Russa issa huma stazzjonati tul il-fruntiera tal-Ukrajna, kemm fir-Russja kif ukoll fil-pajjiż ġar Belarus, iżda din iċ-ċifra tinkludi wkoll ir-ribelli fil-Lvant tal-Ukrajna.