Thursday, December 26, 2024

Ir-Russja terġa’ thedded lir-Renju Unit

Wegħda ta’ “ritaljazzjoni adegwata” wara rapporti ta’ forniment ieħor ta’ missili lill-Ukrajna

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-tensjonijiet bilaterli bejn ir-Russja u r-Renju Unit reġgħu ħadu daqqa ‘l isfel hekk kif ilbieraħ ir-Russja wiegħdet ritaljazzjoni adegwata fil-konfront tar-Renju Unit.

Din it-theddida, li mhix l-ewwel waħda li saret lejn ir-Renju Unit, waslet wara li kien hemm rapporti fil-midja li dan il-pajjiż, għal darb’oħra, bagħat forniment ta’ armi biex jgħin lill-Ukrajna fil-gwerra mar-Russja. Il-forniment inkwistjoni huwa konsenja ta’ missili cruise tat-tip “Storm Shadow”.

Il-kelliem tal-Kremlin, Dmitry Peskov, ħareġ b’ritaljazzjoni qawwija wara li storja ewlenija fuq is-CNN irrapportat li uffiċjali tad-difiża Ingliżi taw lil Kyiv dawn il-missili. Il-preżentatur Amerikan jingħad li qal li dawn l-armi mistennija jagħmlu differenza kbira u pożittiva għall-offensiva Ukrena.

Fir-rigward il-Ministeru tad-Difiża Ingliż irrifjuta li jagħti kumment uffiċjali.

Ekonomija

Sport