Saturday, December 21, 2024

Ir-Russja tgħid li “ħadd ma salva” wara li ġġarraf ajruplan li kien qed iġorr 65 priġunier tal-gwerra Ukren

Aqra wkoll

Ir-Russja qalet li l-persuni abbord l-ajruplan li ġġarraf qrib il-fruntiera mal-Ukrajna, li kien irrapportat li kien qed iġorr 65 priġunier tal-gwerra Ukreni, tilfu ħajjithom kollha. Il-Gvernatur reġjonali ta’ Belgorod Vyacheslav Gladkov kiteb fuq is-social media li: “Kulħadd abbord l-ajruplan miet”. 

Ġie rrapportat li l-ajruplan tat-trasport militari IL-76 iġġarraf fir-reġjun tal-punent ta’ Belgorod. Filmati mhux verifikati fuq il-midja soċjali wrew l-ajruplan nieżel fuq ġenb qabel ħabat u ġie ballun nar.

“Tim ta’ investigazzjoni u s-servizzi ta’ emerġenza jinsabu fuq il-post. Bdilt ukoll l-iskeda tax-xogħol tiegħi u vvjaġġajt lejn dan id-distrett,” qal Gladkov.

Ekonomija

Sport