Wednesday, July 24, 2024

Malta se tilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra s-Slovenja u l-Belarus f’Marzu

Aqra wkoll

Il-Malta FA ħabbret l-ewwel partiti għat-team nazzjonali Malti għal din is-sena.

Kif inhi d-drawwa, f’Marzu jsiru l-ewwel internazzjonali.

Il-kompetizzjoni li jmiss għat-team Malti hija maħsuba aktar tard matul is-sena, bl-edizzjoni li jmiss tal-League D fil-UEFA Nations League, skedata għall-Ħarifa, kollha preċeduta mit-tlugħ ta’ din ir-raba’ edizzjoni, li se ssir f’Pariġi, nhar il-Ħamis 8 ta’ Frar 2024.

Sadanittant, u bħala parti mill-preparazzjoni għal din il-kompetizzjoni li jmiss ferm mistennija aktar tard matul is-sena, il-Malta FA għadha kif ħabbret avversarji għal partiti ta’ ħbiberija f’darna fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali matul din it-tieqa internazzjonali ta’ Marzu li ġej.

L-iskeda sħiħa tal-partita hija din:-

Malta v Slovenja – il-Ħamis 21 ta’ Marzu 2024 – kick-off 7.00pm

Malta v Belarus – it-Tlieta 26 ta’ Marzu 2024 – kick-off 7.00pm

Is-Slovenja

Malta s’issa lagħbet kontra s-Slovenja tmien darbiet, fejn ma rebħet l-ebda logħba, ġiet draw waħda, u tilfet seba’ logħbiet.

L-iktar impenn riċenti tagħna seħħ f’Ottubru 2021 fejn tlifna 4-0 f’Ta’ Qali fil-Kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja.

Belarus

Sal-lum, Malta lagħbet erba’ darbiet mal-Belarus, fejn ma rebħet l-ebda logħba, ġiet draw waħda, u tilfet tliet logħbiet.

L-aktar impenn riċenti tagħna kontra l-Belarus sar fi Frar tal-2008 fejn tlifna 1-0 f’Ta’ Qali, fixture validu għar-Rothmans International Tournament.

Ekonomija

Sport