Friday, November 15, 2024

Ir-Russja tgħid li l-Ukrajna attakkat il-pont li jservi ta’ rotta iqsar għad-dħul fil-Krimea

Aqra wkoll

Ir-Russja qed tallega li l-forzi Ukreni attakkaw il-pont ta’ Chonhar, pont li jgħaqqad in-Nofsinhar tal-Ukrajna mal-peniżola tal-Krimea, permezz ta’ missili manifatturati fl-Ingilterra.

Għalkemm il-pont ta’ Chonhar ġarrab xi ħsarat, fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-attakk, skont kif kien ikkonfermat mill-Uffiċjal Russu Vladimir Saldo.

Dan il-pont, apparti li huwa l-iqsar rotta li wieħed jista’ jieħu biex jivvjaġġa mill-Krimea lejn il-frontline fin-Nofsinhar tal-Ukrajna, iservi wkoll ta’ konnessjoni importanti għall-belt ta’ Melitopol li tinsab mal-kosta bejn il-fruntiera komuni li tgħaqqad lir-Russja man-Nofsinhar tal-Ukrajna.

Ir-Russja min-naħa tagħha qed tuża dan il-pont biex taċċessa l-Krimea, filwaqt li qed jingħad li x’aktarx il-mira ewlenija tal-Ukrajna kienet li tinqeda b’dan il-pont sabiex twettaq kontro-attakk u tikseb lura lil Melitopol taħt idejha — belt fl-Ukrajna li waqgħet taħt il-kontroll tar-Russi ftit jiem wara li bdiet l-invażjoni Russa s-sena l-oħra.

Din il-miżura tal-kontro-attakk min-naħa tal-Ukreni bdiet iktar kmieni dan ix-xahar fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia.

Ekonomija

Sport