Sunday, December 22, 2024

Ir-Russja tħares li tespandi r-relazzjonijiet tagħha mal-Korea ta’ Fuq

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-Russja wegħdet li se ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali komprensivi u kostruttivi tagħha mal-Korea ta’ Fuq. 

F’ittra mibgħuta lill-kontroparti tiegħu Kim Jong Un fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħelsien ta’ Pyongyang, il-President Russu Vladimir Putin qal li din il-mossa se tkun fl-interessi taż-żewġ pajjiżi.

Min-naħa tiegħu, Kim qal li l-ħbiberija bejn iż-żewġ nazzjonijiet kienet issawret fit-Tieni Gwerra Dinjija bir-rebħa fuq il-Ġappun. Huwa żied jgħid li l-ħbiberija ta’ bejniethom se tkompli tissaħħaħ.

Skont rapport mill-midja tal-istat tal-Korea ta’ Fuq KCNA, Putin qal li r-relazzjonijiet bilaterali estiżi “jikkonformaw mal-interessi taż-żewġ pajjiżi”.

Fl-ittra tiegħu, Kim qal li l-ħbiberija bejn ir-Russja u l-Korea ta’ Fuq “ssawret fil-gwerra kontra l-Ġappun” u kienet “konsolidata u żviluppata seklu wara l-ieħor”.

Ekonomija

Sport