Saturday, November 23, 2024

Ir-Russja tiċħad li l-flus Libjani maqbudin f’Malta huma foloz

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu ċaħad li l-flus Libjani li jammontaw għal $1 biljun u li nqabdu f’Malta huma foloz. 

Fil-fatt, dan il-pass ittieħed wara li nhar is-Sibt li għadda, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan faħħar lil Malta għall-qabda ta’ dawn il-flus. 

L-Istati Uniti qalu li l-flus ġew stampati mill-kumpanija tal-istat Russu, Goznak u qalu li ġew allegatament ordnati minn entità illeġittima parallela, b’referenza għall-kmandant Kalifa Haftar. 

Min-naħa l-oħra, ir-Russi qalu nhar is-Sibt li l-Libja għandha żewġ banek ċentrali, wieħed fil-belt kapitali ta’ Tripli u ieħor f’Benghazi. Spjegaw li r-raġuni hi li l-Libja tinsab iggvernata minn żewġ ċentri ta’ poter. Għalhekk qalu li mhumiex dawn id-dinari li huma foloz, iżda l-istqarrijiet li ngħataw mill-Amerikani. 

Ir-Russi qalu li Goznak bagħtet il-flus Libjani fl-indirizz tal-bank ċentrali f’Tobruk skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratt li ġie ffirmat fl-2015. Il-kumpanija wkoll ċaħdet li l-flus huma foloz u qiegħda anke tgħid li nkisru liġijiet internazzjonali.

Sport