Saturday, May 4, 2024

L-MUMN tappella lill-Gvern biex jippubblika l-istrateġija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika għar-rilassar tal-miżuri

Aqra wkoll

Bil-ftuħ tal-ajruport saħħet in-nies kollha vulnerabbli, il-ħaddiema tal-isptar u b’mod speċjali l-anzjani se tkun qed titpoġġa f’riskju mhux neċessarju. Qalet dan l-Unjin tal-Qwiebel u l-Infermieri (MUMN) b’reazzjoni għal dak imħabbar mill-Prim Ministru lbieraħ fir-rigward tar-rilassament ta’ aktar miżuri, fosthom il-ftuħ mill-ġdid tal-istaġun turistiku.

L-MUMN ikkritikat ukoll l-għażla tal-Prim Ministru li jaħfer multi għal min inqabad jikser regoli ta’ social distancing u kwarantina.

L-MUMN appellat ukoll lill-Prim Ministru biex jippubblika l-istrateġija mogħtija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika fir-rigward tar-rilassar ta’ miżuri kontra l-Covid-19, u biex jerġa’ lura mid-deċiżjoni tiegħu li jaħfer il-multi għal min inqabad jikser id-direttivi tal-awtoritjiat tas-saħħa.

Sport