Ir-Russa ħadet it-tmexxija tal-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà minkejja li l-Gvern Ukren kien qed iħeġġeġ lill-membri biex jibblokjaw dan kollu.
Kull membru fil-Kunsill tas-Sigrutà li huma 15-il pajjiż jieħu l-Presidenza għal xahar sħiħ u mil-lum l-1 ta’ April kien imiss lir-Russja biex tmexxi dan il-Kunsill li fih jittieħdu deċiżjonijiet tant importanti.
L-aħħar darba li r-Russja kellha t-tmexxija ta’ dan il-Kunsill kien fi Frar tas-sena l-oħra meta kien fl-istess waqt li bdiet l-invażjoni fuq l-Ukranja.
Dan kollu jfisser li t-tmexxija tal-Kunsill tas-Sigurtà qed jitmexxa minn pajjiż li l-mexxej tiegħu għandu mandatt t’arrest minħabba l-gwerra li hemm għaddejja bħalissa.
Il-Gvern Ukren għamel diversi ilmenti fosthom mal-Istati Uniti biex ir-Russja ma tieħux il-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà. Iżda min-naħa tagħha l-Istati Uniti qalet li ma tista’ tagħmel xejn minħabba li r-Russja hi membri permanenti u għalhekk meta jmissha li l-tieħu l-Presidenza bilfors trid tmexxi.