Saturday, September 14, 2024

Ir-Russja tikkunsidra li taċċetta l-Bitcoin għall-bejgħ ta’ gass u żejt

Aqra wkoll

Uffiċjal Russu qal li Moska qiegħda tikkunsitra li taċċetta ħlas permezz tal-munita virtwali Bitcoin għall-esportazzjoni ta’ gass u żejt. Pavel Zavalny, li huwa membru parlamentari għoli, qal li pajjiżi “ħbieb” jistgħu jħallsu permezz ta’ munita virtwali jew inkella bil-munita tagħhom. 

Dan seħħ wara li iktar kmieni din il-ġimgħa, il-President Russu Vladimir Putin qal li huwa jrid li pajjiżi “mhux ħbieb” ta’ Moska jibdew jixtru l-gass bil-munita Russa. Din il-mossa saret bil-għan li ssaħħaħ il-munita tal-pajjiż li matul din is-sena diġà tilfet 20% tal-valur tagħha. Is-sanzjonijiet imposti mir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea wara l-invażjoni fil-Ukrajna poġġew pressjoni qawwija ħafna fuq il-munita Russa u dan qiegħed iwassal għall-għoli tal-ħajja. Minkejja dan, ir-Russja xorta waħda għadha l-ikbar esportatur tal-gass naturali u t-tieni l-ikbar fornitur taż-żejt.

Ekonomija

Sport