Sunday, December 22, 2024

Ir-Russja tispara 14-il missila f’Kyiv … tifla ta’ 7 snin salvata mit-terrapien

Aqra wkoll

Ir-Russja reġgħet attakkat il-kapitali Ukrena Kyiv għall-ewwel darba f’ġimgħat, hekk kif sparat 14-il missila fil-mira ta’ bini residenzjali.

Is-servizzi ta’ emerġenza dehru jissieltu kontra l-fjammi u jsalvaw persuni mit-twieqi ta’ appartamenti maħruqin wara li fl-aħħar sigħat splużjonijiet kbar heżżew il-belt.

Is-Sindku ta’ Kiev Vitali Klitschko qal li żewġ persuni ndarbu u tifla ta’ seba’ snin inħarġet ħajja mit-terrapien. Żied jgħid għaddejja ħidma biex in-nar jitwaqqaf kemm jista’ jkun malajr u jinħarġu iċ-ċittadini maqbudin f’binjiet maħruqin u mġarrfa. Filwaqt li ttama li ma kienx hemm vittmi f’dan l-attakk, huwa qal li l-konferma ta’ dan toħroġ fis-sigħat li ġejjin.

Qabel dan l-aħħar attakk, Kyiv kien ilha ma tiffaċċja attakki mill-ajru mingħand ir-Russi mill-5 ta’ Ġunju. Klitschko sejjaħ l-isplużjonijiet bħala tentattiv biex ‘ibeżżgħu’ l-belt qabel is-summits tal-G7 u tan-NATO li se jsiru fil-jiem li ġejjin.

Il-mexxejja tad-dinja bħalissa qed jinġabru fi Munich għall-G7, fejn il-gwerra fl-Ukrajna mistennija tiddomina d-diskussjonijiet.

Ekonomija

Sport