Saturday, May 18, 2024

Nottingham Forest jirreġistraw rekord tal-club fis-suq tat-trasferimenti

Aqra wkoll

Nottingham Forest ikkonfermaw l-akkwist tal-attakkant, Taiwo Awoniyi, mingħand Union Berlin bi ħlas rekord tal-club.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ingħaqad mat-team immexxi minn Steve Cooper għal £17.5m u ffirma kuntratt ta’ ħames snin mat-team tal-Premier League li għadu kif ġie promoss sas-sajf tal-2027.

Awoniyi kien prospett tal-akkademja ta’ Liverpool għal sitt snin bejn l-2015 u l-2021, iżda ħalla lir-Reds fuq bażi permanenti s-sena l-oħra mingħajr ma għamel dehra waħda għall-club.

Sport