Saturday, December 28, 2024

“Ir-Russja tista’ tkun responsabbli għat-tiġrif tal-ajruplan tal-Azerbaijani Airlines”

Uffiċjal fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

L-Istati Uniti indikaw li r-Russja tista’ tkun responsabbli għat-tiġrif tal-ajruplan tal-Azerbaijani Airlines li seħħ fit-23 ta’ Diċembru u li ħalla 38 persuna mejta.

Il-kelliem tal-White House, John Kirby, qal li hemm “indikazzjonijiet bikrin,” iżda ma ta l-ebda dettalji. Skont rapporti l-ajruplan sofra interferenza bil-GPS u danni minn splussivi mid-difiża tal-ajru Russa waqt li kien fuq iċ-Ċeċnija qabel ma ġġarraf fil-Każakistan.

Uffiċjali tal-Ażerbajġan ikkonfermaw “interferenza esterna”, filwaqt li dawk li salvaw rrappurtaw diversi splużjonijiet waqt it-titjira.

Għalkemm l-Ażerbajġan ma akkużax direttament lir-Russja, xi uffiċjali allegaw l-involviment ta’ Moska u qalu li l-ajruplan intbagħat mingħajr gwida tal-GPS.

Il-Kremlin ċaħdu kull involviment u qalu li l-investigazzjoni għadha għaddejja. Filwaqt li rrifjutaw investigazzjon mmexxija mir-Russja, l-Ażerbajġani qegħdin isejħu għal waħda fuq livell internazzjonali.

Ekonomija

Sport