Thursday, December 26, 2024

Ir-Russja tkompli b’attakki kontinwi ta’ missili … imxekkla l-ħidma tal-inġiniera Ukreni

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li r-Russja għandha biżżejjed missili biex tkompli b’attakki qawwijin fuq l-Ukrajna.

L-Inġiniera għaddejjin b’ħidma biex jirranġaw is-sistema tal-elettriku li fl-aħħar sigħat sfat fil-mira ta’ attakk li fih intużaw mas-76 missila.

L-attakk kien immirat li jolqot infrastruttura li fiha jirrisjedu ċittadini hekk kif it-tenmperaturi komplew jonqsu taħt iż-żero f’diversi reġjuni.

Filwaqt li jinsab għaddej b’konsultazzjoni mal-kmandanti militari tiegħu dwar il-futur ta’ din il-gwerra, il-Kapitali Ukrena qiegħda takkuża lil dik Russa bl-użu tax-xitwa bħala arma billi tattakka faċilitajiet essenzjali li qed iwasslu biex iċ-ċittadini jkomplu jbatu minn temperaturi ferm kesħin.

L-attakki kontinwi xejn mhuma jgħinu lill-inġiniera fejn fost il-bliet milqutin, fl-aħħar sigħat, fil-belt ta’ Kryvyi Rih mietu mill-inqas erba’ persuni wara li ntlaqtet binja residenzjali li fiha kien hemm mara ta’ 64 sena, koppja ta’ 30 sena u tifel ta’ sena. Persuna oħra mietet f’Kherson. Dawn l-imwiet seħħew minkejja li l-Ġeneral Valeriu Zaluzhny qal li d-difiża mill-ajru rnexxielha tinterċetta 60 minn fost is-76 missila sparati.

Ekonomija

Sport