Thursday, April 18, 2024

It-tfal li mietu bl-iStrep A fir-Renju Unit ikomplu jiżdiedu

Aqra wkoll

Mill-inqas 19-il tifel u tifla mietu fir-Renju Unit kawża tal-invażjoni tal-marda tal-iStrep A.

Skont informazzjoni maħruġa mill-Aġenzija għas-Saħħa u s-Sigurtà fl-Ingilterra, minn Settembru, il-fatalitajiet fil-pajjiż relatati mal-infezzjoni żdiedu għal 16 fost dawk taħt it-18-il sena. Tliet fatalitajiet oħra ġew reġistrati f’Belfast u f’Wales.

Minkejja dawn l-imwiet, l-awtoritajiet tas-saħħa ma jemmnux li dawn l-infezzjonijiet jinsabu fl-ogħla rati u qed ibassru li l-infezzjoni mistennija tħalli aktar vittmi fil-ġimgħat li ġejjin.

It-tifqigħa rnexxielha tidħol f’numru ta’ skejjel u ħalliet dipartimenti sħaħ fl-isptarijiet tal-pajjiż mimlijin b’pazjenti minorenni. Barra minn hekk qiegħed ikun irrapurtat ukoll li l-ispiżeriji qed ibatu biex jindirizzaw il-problema tal-antibijotiċi li jinsabu out of stock.

Is-sintomi jistgħu jkunu varji, minn dawk minuri sa dawk li jwasslu għal fatalitajiet.

Ekonomija

Sport