Saturday, May 4, 2024

Ir-Russja twiegħed somma ta’ flus fix-xahar lis-Sirjani li jagħtu kontribut fil-ġlieda kontra l-Ukrajna

Aqra wkoll

Skont sorsi infurmati, ir-Russja qed toffri s-somma ta’ £5,000 fix-xahar lil dawk is-Sirjani li jaċċettaw illi jiġġieldu fil-gwerra kontra l-Ukrajna. 

Suldat Sirjan li offra li jagħmel dan stqarr li fil-fehma tiegħu ir-Russja qed twettaq massakru fl-Ukrajna, però min-naħa l-oħra r-Russja qed tipprovdi mezz ta’ għajxien lis-Sirjani. Huwa kompla jgħid li minkejja li l-familjari tiegħu ma riduhx jaċċetta li jissogra ħajtu f’din il-gwerra, huwa ħa dan il-pass għax ir-Russi wegħduh li jekk jitlef ħajtu waqt il-gwerra familtu kienet se tingħata s-somma ta’ £37,000.

Is-Sirjan qal li s’issa jaf b’madwar 200 persuna li ddeċidew illi jgħinu lir-Russja f’din il-gwerra.

Huwa rrappurtat li bħalissa fis-Sirja hemm madwar 14-il ċentru ta’ reklutaġġ.

Sport