Wednesday, March 19, 2025

Ir-Russja u l-Ukranja jkomplu bl-attakki

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda, ir-Russja u l-Ukranja komplew bl-attakki tagħhom fejn il-mira kienet l-infrastruttura. Dawn l-attakki seħħew ftit tal-ħin wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump kellu telefonata mal-President Russu dwar possibilità ta’ waqfien mill-ġlied.

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lill-Forzi Russi li matul il-lejl wettqu attakki ħorox fuq l-infrastruttura ċivili fosthom attakk kbir fuq l-isptar Sumy.

Putin kien qabel li jkun hemm waqfien mill-ġlied għal 30 jum fuq infrastruttura tal-enerġija, iżda ma qablix li jkun hemm waqfien mill-ġlied totali. Putin u Trump qablu wkoll li jinħelsu 175 priġunier tal-gwerra kemm dawk li jinsabu taħt il-kustodja Russa u anke dawk Ukreni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport