Friday, December 13, 2024

“Iridu jonqsu l-listi ta’ stennija anke fl-outpatients”

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Stephen Spiteri ddikjara fil-Parlament li jekk irid ikollna sistema nazzjonali tas-saħħa li tassew tħares lil min hu vulnerabbli u batut, iridu jonqsu l-listi ta’ stennija anke fl-outpatients. Huwa stqarr li dan jgħodd ukoll għall-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei.

Waqt li kienu qed jiġu diskussi l-estimi finanzjarji tal-budget għall-Ministeru tas-Saħħa, Spiteri rrefera għall-isptarijiet u qal li l-Partit Nazzjonalista qatt ma emmen li dawn jiġu privatizzati. 

Qal li filwaqt li s-sena li għaddiet kienu ngħataw €80 miljun lil Steward biex jamministraw it-tliet sptarijiet, fil-budget għas-sena d-dieħla hemm ivvutati miljuni ta’ ewro biex tassew iservu għall-ġid tal-poplu Malti. 

Spiteri kompla jgħid li rridu naraw li f’pajjiżna l-livell inżommuh u li s-saħħa fiżika u mentali jkunu fuq l-istess livell. Kien hawn fejn enfasizza li pajjiżna għandu bżonn sptar ieħor ġdid sabiex is-saħħa mentali tkun trattata kif jixirqilha.

Ekonomija

Sport